PLATT POEŻIJA

30/09/2013 23:26

Il-ħajja u x-xogħlijiet tal-poeta tant maħbub Rużar Briffa huma l-ispirazzjoni għal żewġ proġetti artistiċi li se jkunu qegħdin jittellgħu waqt in-Notte Bianca din is-sena. Dawn il-proġetti jfakkru wkoll il-50 anniversarju mill-mewt ta’ dan il-poeta.

Iż-Żifna tal-Poeta hija wirja ta’ żfin kontemporanju mal-mużika live. Il-koreografija hija ta’ Sarah Vella – żeffiena Maltija li tgħix Berlin. Min-naħa l-oħra, l-Għaqda tal-Malti tal-Università wkoll se tippreżenta programm interattiv. Il-Poeta tas-Sbuħija hija attività li tistieden lill-pubbliku fejn Pjazza Repubblika biex jikteb, f’versi jew fi proża, fuq ittri, boroż tal-karti jew pakketti tas-sigaretti, kif kien jagħmel Rużar Briffa meta kien jispira ruħu. Il-pubbliku jista’ mbagħad jitfa’ l-kitbiet tiegħu ġo kaxxa pprovduta apposta. Xi kitbiet jintgħażlu biex jinqraw jew jittellgħu fuq l-internet.

 

·         8.00 - Iż-Żifna tal-Poeta

·         8.15 - Il-Poeta tas-Sbuħija

·         9.00 - Iż-Żifna tal-Poeta

·         9.15 - Il-Poeta tas-Sbuħija

·         10.00 - Iż-Żifna tal-Poeta

·         10.15 - Il-Poeta tas-Sbuħija

·         11.00 - Iż-Żifna tal-Poeta

·         11.15 - Il-Poeta tas-Sbuħija