PINTATEATRU tiċċelebra x-xogħlijiet ta’ Francis Ebejer fin-Notte Bianca

30/09/2013 22:38

In-Notte Bianca din is-sena se tkun qiegħda tiċċelebra l-20 anniversarju mill-mewt ta’ Francis Ebejer. Erba’ gruppi teatrali se jkunu qegħdin jippreżentaw biċċiet kontemporanji ispirati mix-xogħlijiet ta’ Francis Ebejer. Ebejer (1925-1993) huwa mfakkar għall-istil spirituż u avantgardista tal-kitba tiegħu.

Il-kumpanija Willow Theatre se tkun qed tippreżenta Boulevard fil-Berġa tal-Italja, Il-Grupp Versilħoss se jippreżenta Ħitan f’Palazzo Castellania. Masquerade se ttella’ Hour of the Sun ġewwa Palazzo Parisio, filwaqt li Maleth se tippreżenta Il-Ħarsa ta’ Rużann fil-Berġa ta’ Provenza.

PinaTeatru hija kkordinata minn Lino Farrugia, li ħadem ukoll mill-qrib ma’ Francis Ebejer.