'L-Aħħar Ħolma' ta' John A. Bonello

29/09/2012 12:47

Il-Qamar u l-Anglu, Salvu u Mikiel. Nizlu jqattghu lejl f'Hagar Qim bhalma dejjem jaghmlu fi tmiem il-gimgha. Izda din id-darba xejn mhuwa bhas-soltu...ghax f'salt wiehed, bi zball jew b'kumbinazzjoni, sfaw katapultati f'univers iehor. U sabu ruhhom f'nofs loghba li ilha tintlaghab eluf kbar ta' snin, sa minn dakinhar li sitt ahwa b'setghat tal-ghageb holquha biex jghaddu ftit zmien.

izda r-regoli tal-loghba inbidlu...

 

Ftit dwar l-awtur...

John A. Bonello twieled fil-11 ta’ Ġunju 1976 u kiber f’Ħad-Dingli, fejn għadu jgħix sal-lum il-ġurnata. Huwa studja l-arti minn età żgħira, flimkien mal-lingwi u d-disinn. Madankollu, ħa rotta kompletament differenti fil-karriera tiegħu meta kompla javvanza fl-istudji billi kiseb Diploma Avvanzata fl-Informatika. Fl-2008 huwa ngħata Ġieħ Ħad-Dingli għall-ewwel ktieb tiegħu, ‘It-Tielet Qamar’. Fl-2011 kiseb ukoll iċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi mill-Università ta’ Malta u fl-istess sena rebaħ l-ewwel premju fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-tieni xogħol tiegħu, ‘L-Aħħar Ħolma’.