Kont Diġà

23/03/2013 13:15

 

"Qalb id-dell tal-kannizzati kont diġà

forsi mrekken mal-koralli
fi spiralli stalaktiti mal-artikli kuluriti
sekli ilu kont
diġà..."

 

Nhar it-Tlieta, 26 ta' Marzu, l-Għaqda tal-Malti-Univeristà se tkun qed torganizza lejla li fiha se tkun qed turi l-film "Kont Diġà," ispirat mill-poeżija "Delimara," ta' Daniel Massa.

 

Id-direzzjoni hija ta' Mark Dingli, b'kitba ta' Mark Dingli u Sascha Sammut. Jieħdu sehem l-atturi Karl Consiglio, Annabelle Galea, u Marieclaire Camilleri fost oħrajn.

 

L-attività tibda fis-6:00pm, ġewwa Sala D1 fl-Università ta' Malta. Id-dħul huwa b'donazzjoni.

 

Għal aktar tagħrif żuru l-paġna fuq Facebook:https://www.facebook.com/events/473124646076100/ u s-sit tal-Għaqda:http://ghaqdatalmalti.webnode.com/news/filmalti-llejla%3a-kont-diġà/

 

Biex tieħu togħma tal-film, segwi biċċa minnu hawn:http://www.youtube.com/watch?v=imj1_AsXkec