'Is-Saltna tal-Ħamsin' ta' Renè A. Cilia

09/11/2012 13:11

 

B’ħarsa waħda Julian u Ivan kienu jiftiehmu u rari ma kinux jaqblu bejniethom. Sew jekk l-iskola u sew jekk fi djarhom, dal-ħbieb tal-qalb kienu kontinwament jinbxu ’l xulxin u lill-oħrajn. Mhux ta’ b’xejn li fl-iskola kienu jsejħulhom id-dimonju-duo!

X’jiġri iżda jekk b’xi bawxata, Ivan u Julian kellhom jinqatgħu minn xulxin? Waħedhom, kienu se jkampaw?

Fl-avventura ta’ Is-Saltna tal-Ħamsin niltaqgħu ma’ nies strambi u mmorru f’inħawi li ħadd s’issa għadu qatt ma rifes. Ħa jirnexxielhom dawn iż-żewġ iħbieb jibdlu l-impossibbli f’realta`?

Aktar dwar l-awtur u l-ktieb fuq: http://www.is-saltnatal-hamsin.com

Isma' silta milll-istorja fuq: http://www.youtube.com/watch?v=meGMlFhknRo