Il-Fiera tal-Ktieb 2013

14/11/2013 17:56

Din il-ġimgħa, bejn l-Erbgħa 13 u l-Ħadd 17 ta’ Novembru, qiegħda tiġi organizzata l-Fiera tal-Ktieb ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta. Din il-fiera hija organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, u bħal kull sena, matul dan l-avveniment il-pubblikaturi, l-awturi u l-ħwienet tal-kotba se jesebixxu u jbiegħu l-materjal tagħhom u se jittellgħu wkoll diversi attivitajiet interessanti. Matul is-Sibt u l-Ħadd il-programm ta' attivitajiet huwa mimli daqs bajda b'inizjattivi mmirati għal persuni ta' kull età. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa miftuħ għall-pubbliku u kulħadd mistieden biex jipparteċipa fl-attivitajiet li ħa jkunu qed jittellgħu.