'Il-Fanal tas-Sinjur' ta' Ivan Debattista

16/01/2014 08:30

X’misteru kellu marbut miegħu dan il-fanal?

X’kien fiha l-kaxxetta tal-ħadid li sabu fil-ġnien u x’kellha x’taqsam mal-fanal?

Għaliex in-nies tal-villaġġ kienu mwerwrin?

U  s-Sinjur tal-Fanal min kien?

Ftit dwar l-awtur...

Ivan Debattista huwa attur tat-teatru u anke tat-televiżjoni, kif ukoll direttur, awtur u poeta. Huwa waqqaf, flimkien ma’ martu Simone, l-imagin-Arts Drama Group, li beda fl-1 t’Awwissu 2010. Dan il-grupp tad-drama jipprepara lill-istudenti biex janalizzaw, jibnu u jiskopru karattri differenti. Huwa kkompona wkoll mużika u anke kiteb lirika għal diversi kanzunetti li pparteċipaw f’festivals lokali, u kien nominat ukoll għall-‘Best Actor in Drama’ għall-wirja eċċellenti tiegħu f’Pupi, u ‘Best Original Soundtrack’ għas-sigla Is-Siġill tal-Qrar. Huwa kiseb ukoll it-tieni post fil-Premju Letterarju Malti għall-kitbiet tiegħu għat-tfal: Id-Dar ta' Sqaq il-Forka u Il-Milied tal-Anġli.