'Frejp' ta' Clare Azzopardi

30/11/2013 20:05

Tridx ngħidlek x'nagħmlu?
What?
Niffrejpjawha.
Xiex?
Nidħlu facebook ok? Fil-page tagħha I mean … Dħalt, ara.
Cool.
U issa niktbu xi ħaġa tipo …
Fuq il-page tagħha jiġifieri?
FRAPE. F for Facebook, Rape for Rape.
X'se tikteb?
Boqq … tipo …

 

"U eżatt wara bdiet tibki u ssabbat u tgħajjat u tħanxar u ssabbat u tibki u twerżaq u tħanxar bil-ħanxra ta' dwejjaq spjetat u rabja li tkissrek u tfarrkek u li kieku setgħet kienet tifqa' l-istatus ta' kulħadd bix-xebgħa dwejjaq li kellha u biki u rabja u eyeliner blu mċallas ma' wiċċha kollu. U hekk."

Ftit dwar l-awtriċi...

Clare Azzopardi twieldet fl-1977 u bdiet taħdem fil-qasam tal-kotba edukattivi għat-tfal bil-kitba u l-kumpilazzjoni ta’ diversi serje għall-istudenti żgħar. Hija tikteb ukoll għall-palk u għandha diversi xogħlijiet tradotti, fosthom għall-Ingliż, għaċ-Ċek, il-Latvjan, l-Ungeriż, l-Olandiż, it-Taljan u l-Ġermaniż. Fl-2009 ippubblikat l-ewwel rumanz tagħha għat-tfal, Il-Każ (kważi) Kollu tal-Aħwa De Molizz, li kien rebbieħ tal-ewwel premju fil-kategorija Proża għat-Tfal. Għal aktar informazzjoni dwar l-awtriċi u dan ir-rumanz, tistgħu żżuru http://www.clareazzopardi.com/