Għar-Raba' Sena

Dak li tiżra' taħsad.

F'ħajtek issib dejjem ir-riżultat ta' dak li tagħmel. Jekk tagħmel (tiżra') il-ħażin issi.b il-ħażin u jekk tagħmel it-tajjeb 'il quddiem issib it-tajjeb.

 

 

Iż-żmien isajjar il-bajtar.

Aktar ma jgħaddi żmien aktar ikollna esperjenza, għalhekk inkunu aktar għorrief.

 

 

 

Qabel taqta’ qis, għax min jaqta’ mingħajr ma jqis minn pezza ma joħroġx qmis.

Qabel tiddeċiedi xi ħaġa aħsibha u erġa’ aħsibha qabel ma jkun tard wisq.