Il-Ktieb tal-Ġimgħa

'Il-Ġenn li Jżommni f’Sikkti' - Awtobijografija ta' Trevor Żahra

07/02/2014 23:02
L-awtobijografija ta' Trevor Żahra Jgħidu li kienet xitwa qalila dik tas-'47. Kien għamel ħafna maltemp u saħansitra niżlet il-borra, u waqt li l-majjistra kienet qed taħsilni faqqgħet sajjetta u mar id-dawl ta' kullimkien. Kulmeta z-zija Nena kienet issemmi dan l-episodju kienet tikxef l-abjad...

'Il-Fanal tas-Sinjur' ta' Ivan Debattista

16/01/2014 08:30
X’misteru kellu marbut miegħu dan il-fanal? X’kien fiha l-kaxxetta tal-ħadid li sabu fil-ġnien u x’kellha x’taqsam mal-fanal? Għaliex in-nies tal-villaġġ kienu mwerwrin? U  s-Sinjur tal-Fanal min kien? Ftit dwar l-awtur... Ivan Debattista huwa attur tat-teatru u anke tat-televiżjoni, kif...

'Frejp' ta' Clare Azzopardi

30/11/2013 20:05
Tridx ngħidlek x'nagħmlu? What? Niffrejpjawha. Xiex? Nidħlu facebook ok? Fil-page tagħha I mean … Dħalt, ara. Cool. U issa niktbu xi ħaġa tipo … Fuq il-page tagħha jiġifieri? FRAPE. F for Facebook, Rape for Rape. X'se tikteb? Boqq … tipo …   "U eżatt wara bdiet tibki u ssabbat u tgħajjat u...

'Bella Berger' ta' Rita Saliba

12/11/2013 11:46
Bella ma kinitx għalkollox komda b’persunitha. Kienet tinħeba ġo flokkijiet wesgħin u l-ġins kienet issibu komdu għal kull okkażjoni. Kultant xtaqet tkun bħal ħabibitha, Jasmine, bl-għadam ta’ ġenbejha mqabbeż ‘l barra jew bħal oħtha Darlene, b’figura ta’ ballerina. Marvin ta’ ħdejhom minn dejjem...

'Is-Surmast' ta' Trevor Żahra

27/10/2013 21:02
Rumanz dwar karattru xi ftit eċċentriku... iħallik tidħak filwaqt li sikwit iġiegħlek titħassar u tagħder, waqt li tieħu gost issir midħla tal-protagonist u tissimpatizza miegħu. Ftit dwar l-awtur... Trevor Żahra, twieled iż-Żejtun fis-16 ta’ Diċembru 1947 u huwa t-tielet minn erba’ aħwa. Huwa...

'Il-Fatat fid-Dar tan-Nanna' ta' Carmel G. Cauchi

11/10/2013 22:39
Wara li n-nanna Lonza għaddiet xi jiem għand bintħa Rosette reġgħet lura d-dar u sabet li d-dar kien daħlilha l-Fatat l-Isfar. Hi riedet teħles minnu u ppruvat tagħtiħ xebgħa karkur. Imma d-daqqiet bdew għaddejjin fil-vojt bħallikieku kienet qiegħda tagħtihom fl-arja. Imbagħad irnexxielha tingannaħ...

'Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ' ta' Oliver Friggieri

09/06/2013 01:02
B'taħlita ta' tifkiriet u immaġinazzjoni dan ir-rumanz jibni l-ambjent tas-snin ħamsin biex jippreżenta l-mixja lejn il-maturità fi ħdan familja ċkejkna. Il-ġrajja sseħħ f'Malta, iżda hi miktuba b'mod li tista' sseħħ kullimkien. Kwadri differenti jsawru bejniethom dinja magħluqa waħda li minnha...

'Taħt Tliet Saltniet' ta’ Ġużè Aquilina

23/03/2013 14:08
  L-era li fiha jseħħu l-avvenimenti ta’ dan ir-rumanz kienet waħda ta’ revoluzzjonijiet. Fl-Amerka, il-ġlieda għall-ħelsien kissret il-ktajjen tas-serviliżmu. Fi Franza, waħda mill-aktar revoluzzjonijiet imdemmija kienet għadha kif spiċċat u madwar l-Ewropa kollha l-għajta għall-ġustizzja u...

'Is-Sitt Aħwa' ta' John A. Bonello

23/03/2013 14:01
  L-Imxajtan fl-aħħar ħareġ minn fejn eluf ta’ snin ilu safa msakkar minn ħutu stess. L-għan tiegħu li jkun mill-ġdid setgħan fuq kollox u fuq kulħadd. Iżda jonqsu xi ħaġa li mingħajrha ma jista’ qatt ikun sħiħ. U qed ifittixha. Taħt il-kmand ta’ Baal, Sultan tad-Dlamijiet u alla tal-ħin,...

'Ħrejjef mir-Repubblika Ċeka' ta' Immanuel Mifsud

23/03/2013 13:59
Għaddi lejn l-għelieqi kbar jew sal-foresti tar-Repubblika Ċeka u oqgħod issemma’ sew għal kull ħoss u osserva kull ċaqliqa. Dawn jafu jkunu ta’ xi prinċipessa dejjem tiżfen, jew il-passi tas-suldat li kien tant kuraġġuż li qatel anki lid-dimonju. Imma tibża’ sejn – dawn il-ħrejjef Ċeki tant huma...
1 | 2 >>