Merħba f'dan is-Sit Elettroniku!     

Qabel xejn... nirringrazzjak talli għoġbok iżżur dan is-sit li jiena ħloqt apposta għalik! Hekk hu... nixtieq li dan l-ispazju jservi ta’ pont bejni u bejnek, ikunlek ta’ gwida meta tiltaqa’ ma’ xi diffikultà u anke jinkoraġġik tfittex u taqra aktar dwar il-Malti permezz tal-attivitajiet, ħoloq u materjal ieħor li huwa aċċessibbli għalik f’dawn il-paġni.

Tikkuntentax biss b’dak li jsir fil-klassi! Hawn għandek iċ-ċans titgħallem aktar, tiddiskuti permezz tal-forum, tistaqsi xi mistoqsijiet f’każ ta’ diffikultà u ssir ħabib akbar tal-Malti :) Minbarra dan kollu, se nkun qed nesponi x-xogħol tajjeb li tagħmel fis-sezzjoni ‘Xogħol l-Istudenti’ u anke nagħti xi informazzjoni jew ninkludi xi ritratti u filmati f’sezzjonijiet differenti fuq dan is-sit.

Nittama li ż-żjara tiegħek tkun waħda utli, u jekk tixtieq tħalli xi kumment nieħu gost bih ukoll!


Ms. Dorothy
Għalliema tal-Malti

Poll

Qed issibu utli dan is-sit?

Iva (252)
87%

Le (37)
13%

Total votes: 289

AĦBARIJIET

Savio College Terġa' Tikklassifika l-Ewwel fl-Eżami tal-Malti (Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja)

24/11/2014 19:05
Għal darb'oħra rċevejna l-aħbar sabiħa li l-Kulleġġ reġa' kklassifika l-ewwel fl-eżami tal-Malti taċ-ĊES fis-sessjoni ta' Mejju 2014. B'hekk se jerġa' jingħata l-Premju Anna Muscat Azzopardi. Prosit kbira lil Ryan Cachia talli rnexxielu jikseb dan il-premju, kif ukoll lill-għalliema ferm dedikati...

Il-Premju Frans Sammut: Savio College Tikklassifika fit-Tielet Post

16/11/2014 20:49
Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Novembru 2014, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda l-premjazzjoni tal-ewwel edizzjoni tal-Premju Frans Sammut. Dan il-premju hu maħsub biex l-użu tajjeb tal-lingwa Maltija jinfirex fil-ħidmiet li jwettqu l-entitajiet privati, l-istituzzjonijiet...

Savio College Tikklassifika l-Ewwel fl-Eżami tal-Malti taċ-ĊES (Mejju 2013)

12/01/2014 13:47
Savio College għadha kif ingħatat l-aħbar sabiħa li kklassifikat l-ewwel fl-eżami tal-Malti taċ-ĊES fis-sessjoni ta' Mejju 2013. B'hekk hija intitolata għall-Premju Anna Muscat Azzopardi. Prosit kbira tmur għall-istudenti kif ukoll l-għalliema, speċjalment il-kollegi tiegħi, is-Sur Ian Scicluna u...

Is-Serje ‘Il-Ħarsa ta’ Rużann’ Jinsab għall-Bejgħ

23/11/2013 12:07
Ir-rumanz ta’ Francis Ebejer, li bħalissa qiegħed jiġi studjat bħala parti mis-sillabu li jipprepara lill-istudenti għall-livell ordinarju tal-Malti taċ-ĊES, issa qiegħed għall-bejgħ f’għamla drammatizzata li tiġi f’sett attraenti ta’ sitt DVDs Għal aktar informazzjoni żur:...

Rivoluzzjoni fl-Istudju tal-Malti - Artiklu ferm interessanti ta' Dr Adrian Grima dwar l-istudju tal-letteratura

19/11/2013 08:57
  Kitba ta’ Dr Adrian Grima – Lettur anzjan fid-Dipartiment tal-Malti, Università ta’ Malta   Mal-5000 student u studenta tal-ħames klassi tas-sekondarja qed iħejju għall-eżami l-ġdid tal-Malti li se jsir f’Mejju li ġej. Għall-ewwel darba se jkollhom karta tal-letteratura li tirrifletti...

Il-Fiera tal-Ktieb 2013

14/11/2013 17:56
Din il-ġimgħa, bejn l-Erbgħa 13 u l-Ħadd 17 ta’ Novembru, qiegħda tiġi organizzata l-Fiera tal-Ktieb ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta. Din il-fiera hija organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, u bħal kull sena, matul dan l-avveniment il-pubblikaturi, l-awturi u...

Tnedija tas-Sensiela Juann Mamo

14/11/2013 17:51
Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru 2013, fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2013, f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, SKS Publishers se jniedu t-tliet kotba tas-Sensiela Juann Mamo. Minbarra s-siltiet mill-musical Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka li se jitkantaw minn Doreen Galea, Dorothy Bezzina u...

FilMalti: Il-Ġaħan ta' Binġemma f'Savio College

29/10/2013 23:38
F'din l-attività ta' 'filMalti', organizzata mill-Għaqda tal-Malti, se jkunu qed jintwerew siltiet mill-filmat tad-dramm 'Il-Ġaħan ta' Binġemma' fejn tispikka t-tema tal-kontinwità. Inħeġġiġkom tattentu għaliex din hija tema rikorrenti fir-rumanz li qegħdin tistudjaw għall eżami taċ-ĊES, u...

PLATT POEŻIJA

30/09/2013 23:29
Il-ħajja u x-xogħlijiet tal-poeta tant maħbub Rużar Briffa huma l-ispirazzjoni għal żewġ proġetti artistiċi li se jkunu qegħdin jittellgħu waqt in-Notte Bianca din is-sena. Dawn il-proġetti jfakkru wkoll il-50 anniversarju mill-mewt ta’ dan il-poeta. Iż-Żifna tal-Poeta hija wirja ta’ żfin...

PINTATEATRU tiċċelebra x-xogħlijiet ta’ Francis Ebejer fin-Notte Bianca

30/09/2013 22:38
In-Notte Bianca din is-sena se tkun qiegħda tiċċelebra l-20 anniversarju mill-mewt ta’ Francis Ebejer. Erba’ gruppi teatrali se jkunu qegħdin jippreżentaw biċċiet kontemporanji ispirati mix-xogħlijiet ta’ Francis Ebejer. Ebejer (1925-1993) huwa mfakkar għall-istil spirituż u avantgardista tal-kitba...
1 | 2 >>